Ftit tal-minuti ilu tħabbret il-mewt tal-kantant Joe Cutajar, fl-eta ta’ 83 sena.
Huwa kellu karriera twila fil-kant, fejn fost oħrajn fl-1972, kien irrapreżenta lil pajjiżna b’kanzunetta ‘L-Imħabba’, flimkien ma’ Helen Micallef.
Huwa kien ħa sehem ukoll fir-rock opera “Ġensna”.
Joe Cutajar twieled fis-27 ta’ Jannar tal-1941, fejn twieled fil-Belt Valletta.
Apparti l-mużika kien ukoll iħobb il-futbol fejn lagħab fost oħrajn mal-Belt, Ħamrun Spartans u s-St. Georges’.
Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Cutajar kien hemm l-attur u l-preżentatur ta’ ONE, in-neputi tiegħu, Hermann Bonaci.