Tħabbret il-mewt ta’ Joe Saliba, eks-President tal-Malta Dockers Union. Huwa kellu 55 sena. Is-Sur Saliba kien l-ewwel President tal-Malta Dockers Union li ġiet imwaqqfa mill-Ħaddiema Licenzjati tax-Xatt f’Settembru tal-2006. Huwa serva wkoll għal diversi snin bħala shop steward tal-Ħaddiema tax-Xatt fit-Taqsima Marittima tal-GWU.
Ryan Fava, il-President tal-Malta Dockers Union, flimkien mal-Kumitat Eżekuttiv u l-Ħaddiema tax-Xatt, esprimew is-sogħba tagħhom għal mewt tal-ex-President tal-Union u offrew kondoljanzi.