Tħabbret il-mewt tal-eks Kummissarju Elettorali, storiku, riċerkatur u awtur, Louis Fsadni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fsadni hu magħruf għall-ħidma li wettaq tul ħajtu fosthom riċerka li għamel dwar l-istorja tal-futbol Malti.
Hu ngħata Ġieħ ir-Repubblika lura fl-2022 fejn ġie rikonoxxut fosthom għall-ħidma li wettaq għar-riforma u l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda tal-għadd tal-voti li waslu biex jintużaw għall-ewwel darba wara l-elezzjonijiet tal-2014, 29 sena wara li pproponiha.