Tħabbret il-mewt tal-artist Mark Mallia fl-età ta’ 59 sena hekk kif bosta ħbieb sellmu l-memorja tiegħu permezz ta’ messaġġ mill-qalb fuq Facebook.
Mallia hu magħruf sew għall-arti tiegħu iżda mhux biss hekk kif kien magħruf ukoll għas-satira tiegħu.
Dejjem lest biex jaqsam ċajta kull fejn kien ikun iżda kif ukoll kien maħbub għax kelma ma kienx jomogħdha u jgħidha kif jaħsibha.
Bosta persuni li kellhom ix-xorti li jiltaqgħu ma’ Mark tul ħajjithom qasmu memorji li kellhom ma’ Mark u kif ma jistgħux jemmnu li ħalla din id-dinja daqshekk kmieni. Hu kien maħbub għall-qalb tad-deheb li kellu u kif kien dejjem lest li jgħin lil dak li jkun, b’mod partikolari min kien fid-dinja tal-arti – iżda mhux biss.
Fuq il-mezzi soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll ta l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba ta’ Mallia, waqt li qal li, b’din it-telfa, Malta tilfet talent artistiku uniku.
Bit-telfa ta’ Mark Mallia, Malta tilfet talent artistiku uniku. Kondoljanzi sinċiera lill-familja kollha.
Posted by Robert Abela on Tuesday, July 23, 2024