Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Tyrone Demanuele li huwa eks membru fil-Kunsill u l-Eżekuttiv tal-MFA. Hu kien ukoll uffiċjal fi klabb ta’ Gżira United. Huwa baqa’ jagħti l-kontribut tiegħu fil-klabb tal-Gżira u l-futbol Malti sa l-aħħar żmien ta’ ħajtu.
Tyrone Demanuele kien rispettat minn bosta persuni b’mod speċjali fil-qasam tal-futbol Malti.
Intant, il-klabb tal-Gżira ħabbar fuq il-midja soċjali stqarr li tilef wieħed minn uliedu u għalhekk se jkun qiegħed f’Luttu sas-Sibt li ġej.