Tħabbret il-mewt ta’ Sunta Apap jew kif kienet magħrufa aħjar bħala Sunta tal-Għarb. Hija kienet devota kbira tal-Madonna ta’ Pinu u Frenċ tal-Għarb.
Sunta kienet deskritta bħala mara li fis-sempliċità tagħha kienet toffri l-kenn għal ħafna persuni.
Fuq il-midja soċjali l-Kunsill Lokali qal li Sunta kienet tkun dejjem disponibbli għal dawk in-nies li xtaqu jżuru u jitolbu fid-Dar ta’ Frenċ.
Id-dettalji tal-funeral ta’ Sunta Apap se jitħabbru iżjed ’il quddiem.
Ritratt: Il-Kunsill Lokali tal-Għarb/ Facebook