Tħabbret il-mewt ta’ Patrick Vella fl-età ta’ 61 sena.
Vella mhuwiex wiċċ ġdid fix-xena lokali, hekk kif għal xi żmien kien jaqra l-aħbarijiet u anki ħadem bħala ġurnalist mal-istazzjon ONE.
Huwa kien ukoll attur prim, b’vuċi partikolari. Vella ħa sehem f’bosta produzzjonijiet lokali kemm fuq il-palk u anke fuq it-televiżjoni, partikolarment f’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka.
Fl-elf disa’ mija u tnejn u disgħin, meta fetaħ l-istazzjon tar-radju ta’ ONE, Vella kien jippreżenta programm mużikali.
It-tim ta’ ONE jixtieq jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tas-Sur Vella.