Ftit tal-minuti ilu, permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, il-President tal-Partit Laburista, Alex Sciberras ħabbar it-telfa ta’ ommu, Rose Apap.
Hu qal kif fl-aħħar ta’ ħajjitha kienet qed tbati wisq, u issa se tkun tista’ tgawdi l-ħajja ta’ dejjem.
Kompla jgħid li hi kienet l-ewwel ġurnalista mara f’pajjiżna, filwaqt li dejjem kienet tiġġieled l-ostakli li kienu jwaqqfuha milli tilħaq dak li tixtieq.
Il-President tal-Partit Laburista temm jirringrazzjah ta’ dak kollu li wettqet miegħu u ħutu.
ONE News jagħti l-kondoljanzi lil Alex Sciberras u l-qraba f’dan il-mument diffiċli.