Joe Bartolo, attivist soċjali u li kien jifforma parti mill-Alleanza kontra l-Faqar.
Ta’ disgħa u sittin sena, Bartolo ħalla din id-dinja wara xogħol kbir li wettaq fis-soċjetà tul ħajtu.
Bartolo kien meqjus bħala vuċi soda għall-vulnerabbli.
Il-mewt tiegħu tħabbret minn bintu stess fejn sellmet il-memorja ta’ missierha u qalet li żgur mhux se tinsa t-tbissima ta’ dak li rabbieha. Uru screen shot tat-tifla saved
Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Bartolo fosthom ħabib antik tiegħu, il-Professur tal-Istorja Dominic Fenech.
Il-Professur Fenech irrimarka s-sehem importanti li ta Joe Bartolo fit-tibdil tal-liġi tal-kera.
“Kien attiv ħafna fl-azzjoni kontra l-faqar u anki attwalment, kif jafu ħafna kien protagonist biex biddlu l-liġi tal-kera ħalli forsi jsostni daqxejn lil dawk in-nies li ma jaffordjawx jixtru d-dar tagħhom.”
Qalilna Joe Bartolo kien vuċi soda għall-batut u l-vulnerabbli.
Spjega wkoll kif Joe biddel ħafna xogħolijiet kien saħansitra diplomatiku fl-ambaxxata Maltija f’Pariġi.
Spjega kif Joe Bartolo kien bniedem kolt u ta kontribut qawwi fil-moviment Laburista.
“Għamel żmien jaħdem għal rasu, hawn hekk l-Università ukoll kien strumentali li beda b’koperattiva tal-kotba, tal-bejgħ tal-kotba.”
Il-ħabib ta’ Bartolo magħruf bħala s-Sloopy spjegalna wkoll minn fejn nibet il-laqam ta’ dan ir-raġel meqjus xellugi u li ħabb liż-żgħir.
“Kienu jgħidulu s-Sloopy dak għax meta kien għadu żgħir, ġuvnott, kien hemm bar mingħalija l-Gżira, minn fejn hu, u meta kien imur ġo dal-bar l-ewwel ħaġa li jagħmel, jixħed six pence, dak iż-żmien bis-soldi, six pence ġol-juke box u jdoqq diska ‘Hang on sloopy’.”
Intant fi stqarrija l-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Joe Bartolo, bniedem li ta kontribut kbir fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-qasam tal-housing soċjali.
“It-telfa tiegħu hija telfa għas-settur kollu tal-akkomodazzjoni soċjali. Ir-reazzjoni ta’ bosta għal din l-aħbar ta’ niket hija l-akbar xhieda ta’ dan”, temm jgħid il-Partit Laburista.