Tħabbret il-mewt ta’ Ġużu Muscat, magħruf bħala l-Beżuża.
Hu kien sinonimu mal-wirjiet tal-Imnarja u mal-Wirja Agrarja ta’ Ħad-Dingli, iżda mhux biss.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bosta jafuh bħala wieħed mill-kustodji ewlenin tal-mogħża indiġena Maltija u żgur mhux forsi, dawk li kienu jżuru l-irdum ta’ Ħad-Dingli, kien ikollhom ix-xorti xi darba jew oħra jarawh bil-merħla tiegħu.