Ftit tas-sigħat ilu tħabbret il-mewt tac-Chairman ta’ Gap, George Muscat.
F’messaġġ fuq Facebook, GAP Homes ddeskrivewh bħala katalist għas-settur tal-iżvilupp tal-proprjetà u kien involut ukoll fis-setturi tat-turiżmu permezz ta’ Bay Street Complex, BHotel, u Hyatt Regency.
Komplew jgħidu li George kien irrispettat ħafna minn sħabu u kien magħruf ma’ kulħadd bħala raġel ġentlom.
Fuq kollox, kien raġel tal-familja li ħalla warajh lil martu Carmen, lit-tliet uliedu, Lorraine, Adrian, u Cliona, u lill-familji tagħhom.
Temmew jgħidu li avolja George mgħadux magħna, xorta se jibqgħu jirrispettaw u jimxu fuq il-valuri tiegħu.