Matul il-lejl li għadda, tħabbret il-mewt tal-leġġenda tal-boxing, George Foreman, fl-età ta’ 76 sena.
Magħruf bħala Big George, l-Amerikan rebaħ il-midalja tad-deheb fl-edizzjoni tal-Olimpjadi li saret fil-kapitali tal-Messiku fl-1968, u kien ukoll champion tad-dinja darbtejn fil-kategorija ‘Heavyweight’.
Hu kien għad kellu biss 19-il sena meta rebaħ il-midalja tad-deheb, u aktar tard, fl-1973, rebaħ lill-mitiku Joe Frazer biex rebaħ l-unur ta’ champion tad-dinja għall-ewwel darba.
Hu rtira fl-1977, iżda għamel ritorn għaxar snin wara, fejn imbagħad, fl-1994, hu rebaħ lill-boxer Michael Moorer biex sar champion għat-tieni darba fl-età ta’ 45 sena, biex b’hekk jagħmlu l-ikbar rebbieħ tat-titlu ‘Heavyweight’ fl-istorja tal-boxing.