Tħabbret il-mewt tal-attur George Micallef fl-għomor ta’ 76 sena.
Il-familja tiegħu qalet li huwa ħalla din id-dinja matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.
Huwa kien ilu magħruf fix-xena lokali tar-rextar għal iktar minn erbgħin sena, u ħa sehem f’bosta produzzjonijiet kemm fuq il-palk kif ukoll it-televiżjoni.
Fost il-produzzjonijiet lokali li ħa sehem fihom hemm Fredu l-Fra kif ukoll il-Madonna taċ-Ċoqqa.
Huwa kien magħruf ukoll għall-kollaborazzjonijiet mill-qrib mal-attur Hector Bruno.
Barra min hekk huwa kien ukoll preżentatur.