It-Tlieta filgħodu tħabbret il-mewt ta’ Edgar Izzo fl-eta’ ta’ 85 sena.
Izzo kien magħruf fil-qasam tal-waterpolo lokali. Għal diversi snin kien jokkupa l-kariga ta’ teżorier fi ħdan ASA Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien ukoll uffiċjal tal-klabb tal-waterpolo ta’ Sliema, fosthom dik ta’ viċi president.
Edgar Izzo huwa wkoll missier il-president ta’ ASA Malta Karl Izzo.
It-team kollu sportiv ta’ ONE iwassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Edgar Izzo.





