Tħabbret il-mewt tal-eks deputata Laburista Cettina Darmenia Brincat li kienet deputata tal-Partit Laburista fis-snin tmenin. Hija kellha 92 sena.
Brincat ħadet post Danny Cremona fil-Parlament fl-1982 wara li dan tal-aħħar kien irriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’din il-leġiżlatura hija kienet l-unika deputat femminili fl-Parlament wara li Agatha Barbara nħatret President fl-1982.
Il-funeral tagħha se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa nhar is-Sibt fit-3pm.
Intant, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Cettina Darmenia Brincat.
Il-Partit Laburista ta l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari u l-qraba kollha tagħha.