Haley Azzopardi hija r-rebbieħa ta’ Mużika Mużika, il-vjaġġ ikompli. Dan ifisser li Haley ingħatat id-dritt li tikkompeti fis-semifinali ta’ Mużika Mużika, Festival Kanzunetta Maltija, f’Marzu li ġej.

Mużika Mużika, il-vjaġġ ikompli kien programm li ta opportunita’ biex talent ġdid jieħu sehem f’dan il-festival prestiġjuż.
Permezz ta’ din l-aħbar, issa l-lista tas-semifinalisti għall-festival tal-2022 hija kompluta. Dawn il-21 semifinalisti ser jinterpretaw il-kanzunetti tagħhom fl-ewwel serata, iġifieri tal-24 ta’ Marzu.
