Dan tħabbar waqt konferenza stampa mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin fejn il-Viċi Chairperson Roderick Agius spjega kif din is-sena se jkun hemm 18-il kategorija.
L-edizzjoni ta’ din is-sena se tinkludi kategoriji ġodda fosthom kategorija dwar stejjer kulturali fuq il-midja socjali u portals.
Il-ġurnalisti li jagħżlu li jieħdu sehem għandhom sat-13 t’April biex jitfgħu s-sottomissjonijiet tagħhom, biex imbagħad fil-15 ta’ Gunju jitħabbru l-finalisti.
Din is-sena l-ġurnalisti huma mitluba jitfgħu biss sottomissjoni waħda għal kull kategorija, b’differenza għal snin oħra fejn kienu mitluba jitfgħu tlieta.
Intant fil-jiem li ġejjin l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin se jkun qed joħroġ applikazzjoni għall-ġurnalisti interessati li jingħaqdu mal-IĠM.
B’hekk ġurnalisti jkunu jistgħu japplikaw għall-press card f’isem l-IĠM.