Gertrude Buttigieg inħatret bħala Chairperson għal Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat għall-perjodu 2023-2025.
Fl-istess waqt, Jorge Spiteri nħatar bħala Viċi Chairperson tal-istess Kunsill.
Huma se jkunu qed iservu f’dan l-irwol għat-tliet snin li ġejjin, skont it-terminu tal-Kunsill.
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat għandu l-għan li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet volontarji lokali li jaħdmu f’kull aspett tas-soċjetà permezz ta’ networking, taħriġ, tisħiħ tal-ħiliet, u l-kapaċità, inizjattivi ta’ finanzjament, u ħolqien ta’ kuxjenza.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill, Mauro Pace Parascandalo, awgura lil Buttigieg u lil Spiteri għall-irwol il-ġdid tagħhom.