Tħabbret il-5 edizzjoni tal-Malta Internaional Food Festival li se tkun qed tittella ġewwa l-pjazza tax-Xewkija.
Din se ssir bejn il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu u s-Sibt 5 ta’ Awwissu.
Dan huwa street festival tal-ikel li se jikkonsisti f’żewġt iljieli ta’ ċelebrazzjoni kulinari minn madwar id-dinja fejn wieħed jista’ jesperjenza t-tjubija tal-ikel Asjatiku, il-kwalità tal-ikel Mediterranju, l-aqwa platti Ewropej u l-awtentiċità tal-ikel Għawdxi.
F’dan il-festival se jkun hemm ukoll stands tal-birra, ta’ nbejjed speċjali u għażla kbira ta’ ħelu u ġelati. Fl-isfond ta’ dan kollu, ħdejn il-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija se jkun hemm mużiċisti li jkomplu jagħtu ħajja lil din l-attività.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dan l-avveniment tas-sajf stabbilixxa ruħu sew fil-kalendarju kulturali Għawdxi u huwa wieħed mill-aktar popolari li jittella’ fil-gżira Għawdxija, tant li jattira ħafna Għawdxin, Maltin u turisti.
Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex din is-sena wkoll jingħaqad flimkien ġewwa Xewkija f’dan il-festival f’Għawdex fejn wieħed isib ikel varjat mid-dinja kollha.