Meta Riley, kelba ta’ sentejn minn California, ittieħdet fis-santwarju tal-annimali, l-istaff tas-santwarju ddeċidew li jgħallmuha titbissem sabiex ikollha ċans aktar biex tiġi adottata.
Kien għalekk li kull ġurnata meta jmorru jnaddfulha l-kamra kienu joqgħodu jkellmuha u wara ftit prattika, Riley ma damitx ma tbissmet.
Kelliem għas-santwarju qal li Riley hi waħda fost l-10,000 annimal li jiġu abbandunati fis-santwarju kull sena u li mhux faċli biex jinstab sid għal kull wieħed u waħda minnhom.
Riley ġiet adottata ftit tal-jiem wara li filmat tagħha titbissem tpoġġa fuq is-sit soċjali Facebook, fejn dan il-filmat kien wieħed li mar virali.