Fi Pjazza Kastilja ġiet imfakkra l-memorja ta’ Manwel Dimech, li kien pijunier biex wassal l-ideat soċjalisti tiegħu.
Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat li qal kif Manwel Dimech kien minn tal-ewwel biex mexxa’ l-ideat progressivi u dawn l-ideat għamilhom meta ż-żmienijiet kienu differenti u ma beżax biex biddel l-affarijiet.
Fi tmiem din iċ-ċerimonja, il-Prim Ministru flimkien mat-tmexxija tal-Partit Laburista poġġew bukketti tal-fjuri f’riġlejn il-mafkar ta’ Manwel Dimech.