Madwar id-dinja llum jiġi kkomemorat il-jum li fih nqatlu mijiet ta’ eluf ta’ persuni Romani fl-Olokawst min-Nazis u l-Alleati tagħhom waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Huma jitqiesu bħala l-“vittmi minsija” hekk kif bosta Ewropej ma jafux dwarhom.
Minkejja li m’hemmx figuri ċari ta’ kemmi nqatlu persuni, huwa stmat li bejn 220,000 u 500,000 persuni Romani u Stinti nqatlu waqt il-gwerra, liema figuri huma nofs il-popolazzjoni ta’ dak iż-żmien.
Għalekk fit-2 ta’ Awwissu jiġi mfakkar is-sagrifiċċju tagħhom f’ massakru li seħħ waqt l-Olokawst fl-1944 meta 3,000 persuni Romani, fosthom tfal, inqatlu bil-gass f’ċella fil-kamp tal-konċentrazzjoni ta’ Auschwitz fl-istess jum.
Kważi 20,000 persuna nqatlu f’Auschwitz, bil-maġġor parti tal-vittmi li kienu Romani nqatlu b’tiri jew tilfu ħajjithom kawża tal-kundizzjoni li kienu qed jgħixu fihom fil-kampijiet.