Id-Dar tal-Providenza fakkret il-35 anniversarju mill-mewt tal-fundatur tagħha, Dun Mikiel Azzopardi, b’ċelebrazzjoni ewkaristika.
Dun Mikiel kien waqqaf id-dar għall-persuni b’diżabbilità lura fl-1965.
Il-quddiesa tmexxiet mill-Arċisqof Emeritus ta’ Tirana fl-Albanija, George Frendo, flimkien mad-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Dun Martin Micallef, u d-Direttur Spiritwali tad-Dar, Dun Trevor Fairclough [fer-klaff].
Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew ir-residenti u l-ħaddiema kollha tad-Dar tal-Providenza.
Fl-omelija tiegħu, Monsinjur Frendo qal li Dun Michael Azzopardi se jibqa’ mudell għal kulħadd għax wera mħabba kbira lejn dawk b’diżabilità. Huwa indirizza wkoll lill-ħaddiema u qalilhom li l-ħidma tagħhom mhijiex sempliċiment impjieg imma hija verament missjoni ta’ mħabba.