Pollakka ta’ 51 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ta’ Sliema. Kien għall-ħabta tad-9.30am meta kawża ta’ impatt bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 27 sena miż-Żurrieq u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Imsida. Bil-konsegwenza ta’ dan l-impatt ġiet milquta din il-Pollakka.
l-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u ssejħet ambulanza biex tieħu lill-Pollakka l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.