Svetlana Tikhanovskaya, il-mexxejja ewlenija tal-Oppożizzjoni f’Belarus, li fl-elezzjoni li saret nhar il-Ħadd li għadda kisbet inqas minn 10 fil-mija tal-voti, f’filmat li tellgħat fuq YouTube qalet li t-tluq tagħha mill-pajjiż kienet waħda mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli li għamlet, u stqarret illi għamlet dan għal ġid ta’ uliedha.
Tikhanovskaya ġibdet il-filmati bl-istqarrijiet tagħha waqt li kienet qed tinżamm mill-Pulizija, hekk kif nhar it-Tnejn li għadda hija għaddiet kummenti li l-elezzjoni kienet imbagħbsa. Hija nżammet arrestata għal seba’ sigħat.
Intant, il-ġlied bejn id-dimostranti u l-Pulizija kompla fit-tielet jum tiegħu filwaqt li qed jidħlu bosta rapporti ta’ brutalità mwettqa mill-Pulizija f’Belarus.