Ħafna over time, ġranet twal fuq il-post tax-xogħol u sagriffiċji biex immorru vaganza twila.
Jekk għandek xi kollega fuq il-post tax-xogħol li qed igerger li ma jistax imur vaganza minħabba raġuni finanzjarja, għidlu jaqra dan li ġej.
Dmitry Iuanov, ġuvni ta’ 22 sena mir-Russja, riċentament mar fuq avventura ta’ 100 ġurnata b’ €1.80 biss !
Meta spiċċa l-eżamijiet iddeċida li se jdur id-dinja, iżda biex din l-avventura tkun aktar interessanti, iddeċieda li jagħmilha biss b’ $2.
Telaq minn Moska u mar fit-temp friżat tas-Serbja, Kazakhstan u Mongolia fejn ingħata ħwejjeġ minn stranġieri biex ma jmutx bil-kesħa.
Irnexxielu wkoll imur iċ-Ċina. Minkejja li beda jibża mill-gwardji tal-post, irnexxielu jorqod qrib il-Great Wall of China. Hemm, stqarr li ra xeni inkreddibli. Miċ-Ċina mexa lejn Shangai u Hong Kong. Interessanti kif irnexxielu jagħmel $700 matul il-vjaġġi tiegħu minn ferrovija għall-oħra. Saħansitra rnexxielu jasal Yosemite, Los Angeles u San Francisco.
Ħsibt li dak kollox? Matul din l-avventura, hu rnexxielu jsalva ħajja ta’ persuna wara li waqa’ mill-Golden Gate Bridge. Bħala ringrazzjament, din il-persuna xtratlu biljett lura lejn Moska.
Timaġinak tagħmel dan kollu b’ €1.80?