L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritu, Pawlu Cremona, se jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, nhar it-Tlieta 27 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.
Imbagħad se jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, il-Ġimgħa 30 ta’ Diċembru bejn l-10:00 a.m. u nofsinhar.
Kif isir kull sena, il-bdil tal-awguri ser isir fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vinċenzo Buġeja. Dakinhar, għall-ħabta tal-10:30 a.m., l-Arċisqof Scicluna jwassal messaġġ lil dawk preżenti.