Dr Lynn Chircop Faure qed taħdem fuq proġett awdjoviżiv għal Jum l-Omm. Hi qed tistieden lil kulħadd sabiex min jixtieq, jibgħat ritratt mal-omm biex jiġi nkluż f’memorja awdjoviżiva li ser tkun iddedikata għall-ommijiet tagħna.

Dan il-proġett ser jixxandar fuq il-mezzi soċjali nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju (lejliet jum l-omm). Dawk interessati jistgħu jibgħatu ritratt b’email: drlynnmalta@gmail.com jew permezz ta’ messenger fuq il-facebook DR LYNN Chircop Faure