Fl-aħħar jiem, ONE Radio xandar id-dokumentarju Indipendenza.
Dan id-dokumentarju li ntlaqa’ ferm sar b’kitba u qari ta’ Mark Farrugia u ddokumenta l-istorja li waslet għall-ġrajja tal-Indipendenza ta’ 55 sena ilu.
Il-produzzjoni għal dan id-dokumentarju kienet f’idejn Renato Vella.
Dawk interessati li jerġgħu jisimgħu jew jekk tilfuh jistgħu jagħfsu hawn fejn jisimgħu ż-żewġ partijiet ta’ dan id-dokumetarju.