L-istudenti Univeristarji issa se jkollhom l-opportunità li waqt il-ħames minuti ta’ qari li jkun hemm qabel jibda’ eżami, jiktbu noti ta’ ippjanar. S’issa, waqt dawn il-ħames minuti, wieħed seta’ biss jaqra l-mistoqsijiet jew jara l-karta tal-eżami u jippjana mentalment.
Deċiżjoni li aktarx tinżel tajjeb ħafna m’għadd ta’ studenti, hekk kif f’dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi lmenti li l-qari ta’ qabel l-eżami kien qed iservi aktar ta’ deni milli ġid. Ħin ta’ silenzju fejn wieħed ma jista’ jagħmel xejn kien qed jgħin sabiex jiżdied il-livell ta’ stress qabel l-eżami.