L-aħbar żvelata iktar kmieni dan ix-xahar, dik li l-kumpanija De La Rue se tkun qed żżid l-operat tagħha f’Malta, kompliet tħeġġeġ l-MCAST tippjana korsijiet fis-settur. Dan biex jilqa’ għad-domanda ta’ ħaddiema mħarrġa mis-suq.Domanda li se tkompli tiżdied anke bil-miġja tal-kumpanija Crane Currency f’pajjiżna li se tkun qed tħaddem iktar minn 200 persuna.
Huwa għalhekk li s-suq tax-xogħol qed jitlob li jkollna studenti mħarrġa tajjeb fis-settur tal-ipprintjar. Il-kors se jinqasam f’tliet fażijiet li matulhom l-istudenti se jkun mħarrġa dwar x’għandhom jagħmlu qabel l-istampar, l-istampar innifsu kif ukoll fuq ix-xogħol li jsir wara.
L-applikazzjonijiet għal dan il-kors huma miftuħa sas-6 ta’Jannar u qed jintlaqgħu għand l-uffiċju tar-Reġistratur bejn it-08.00 u 12.00 fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid. L-applikazzjoni hija miftuħa għal kull student li għandu school leaving certificate.
Iċ-ċermen tal-MCAST spjega ma’ ONE NEWS li hemm diversi opportunitajiet ta’ xogħol miż-żewġ kumpaniji kbar li se jkunu qed jinvestu f’pajjiżna. Silvio Debono stqarr li “Din hija industrija li kibret u li qed titlob work force li tkun imħarrġa, l-istudenti se jkunu qed igawdu wkoll minn impjiegi ta’ kwalitá”