Hekk l-attivita tal-presepju ħaj ta’ Betleħem f’Għajnsielem riesqa lejn it-tmiem, bħala parti mit-tradizzjoni, f’Jum l-Epifanija issir l-attivita tas-Slaten Maġi.
Għal darb’oħra din ser issir minn grupp ta’ rħula Maltin, f’attivitajiet mifruxa fuq jumejn. It-tluq se jkun mill-Mtarfa, is-Sibt, 7 ta’ Jannar fid-9.30am.
Dakinhar it-Tliet Rejiet se jżuru diversi djar tal-anzjani kif wkoll it-tfal f’Mater Dei. Il-Ħadd, fl-Epifanija fid-9.00am il-Maġi se jitilqu mill-Imġarr (Malta) u jibqaw sejrin il-Mellieħa fid-dar tal-anzjani u attivita fil-Pjazza tal-Mellieħa fejn issir il-laqgħa ma’ Erodi.
It-Tlett Slaten Maġi jitilqu biż-żwiemel lejn iċ-Cirkewwa sabiex eventwalment jaslu u Għawdex għal ħabta ta’ 3pm u mill-Port tal-Imġarr jibdew l-aħħar vjaġġ u d-dħul ġewwa Betleħem f’Għajnsielem sabiex jaduraw u joffru r-rigali lil Bambin Ġesu.
Dan jwassal għal għeluq tat-tlettax-il edizzjoni ta’ din l-attivita li għal darb’oħra attirat eluf ta’ viżitaturi matul ix-xahar tal-animazzjoni.
Programm tal-Maġi
Is-Sibt, 7 ta’ Jannar 2023
9.30am – Mtarfa – Dar tal-Anzjani
11.00am – San Vinċenz de Paul
12.45pm – Qormi – Dar Madre Margherita u Knejjes tal-lokalita’
2.00pm – Sptar Mater Dei
4.30pm – Ħamrun – Presepju Ħaj f’Misraħ San Franġisk (Triq Misraħ Barrieri – Perkeġġ Lidl)
Il-Ħadd, 8 ta’ Jannar 2023
9.00am – Tluq mill-Imġarr (Malta)
10.15am – Dar tal-anzjani Mellieħa
11.00am – Attivita fil-bitħa tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa
12.00pm – Tluq lejn ic-Ċirkewwa fuq iż-żwiemel
2.30pm – Tluq bil-vapur tal-Gozo Channel
3.00pm – Tluq mill-Port tal-Imġarr
3.45pm – Dħul trijunfali fil-villaġġ tan-Natività Betleħem f’Għajnsielem
Il-ħinijiet jistgħu jvarjaw xi ftit.









