Issuktat iż-żjara tal-Ispeaker Amerikan Nancy Pelosi fit-Taiwan, fejn fil-jum tal-Erbgħa ltaqgħet mal-President tal-pajjiż Tsai Ing-wen.
Din iż-żjara, li m’għandiex il-barka tal-President Amerikan Joe Biden, mistennija tħalli tensjoni kbira bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti.
Fil-fatt, fuq il-midja tal-istat, iċ-Ċina qalet li se tkun qed tibda eżerċizzji militari ħdejn it-Taiwan.
B’reazzjoni għal dan, il-Gvern tat-Taiwan ħareġ jikkundanna bil-qawwi liċ-Ċina u saħaq kif dawn l-eżerċizzji qed jinvadu t-terittorju tagħhom.