Eluf ta’ Torok li jgħixu l-Ġermanja ħarġu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-President Tork Erdogan f’rally li qajmet tensjonijiet diplomatiċi.
Kien mistenni li Erdogan jindirizza dan ir-rally f’Cologne permezz ta’ video link, li matulu kellu l-ħsieb li għal darb’oħra jerġa’ jikkundanna l-attentat ta’ kolp ta’ stat li seħħ ġimgħatejn ilu. Iżda ma rnexxilux! Dan wara li l-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniżi pprojbiet li dan iseħħ.
Il-midja Ġermaniża qalet li minn tal-inqas 35 000 persuna kienu preżenti għal dan ir-rally. Dan kien mistenni hekk kif fil-Ġermanja jgħixu madwar 30 miljun persuna ta’ oriġini Torka, bil-maġġoranza tagħhom jivvotaw għal partit ta’ Erdogan fl-aħħar elezzjoni.