Iżrael issokta bil-bombardamenti f’Gaza, l-aktar fil-belt fin-naħa t’isfel Khan Younis. Qed ikun irrapportat ġlied ukoll f’Rafah, viċin il-fruntiera mal-Eġittu.
Fix-xena internazzjonali qed issir pressjoni biex jingħataw struzzjonijiet aktar ċari lin-nies ċivili biex ikunu jistgħu jersqu ’l bogħod mill-kunflitt.
Il-Hamas bdew bil-ġlied fis-sebgħa t’Ottubru, fejn qatlu elf u mitejn ruħ u żammew mitejn u erbgħin oħra ostaġġi, li wħud minnhom ġew irrilaxxati waqt waqfien temporanju u qasir mill-ġlied.
Iżrael bdiet bl-attakki mill-ajru u fuq l-art fit-territorju, fejn sa issa nqatlu mat-tmintax-il elf u mitejn Palestinjan.