Il-Ħamis issoktat l-kumpilazzjoni tax-xhieda b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarjiet, fejn fost l-akkużati hemm l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff Keith Schembri.
Fis-seduta tal-lum telgħu jixhdu numru ta’ persuni, fosthom rappreżentant ta’ Jobsplus u s-Segretarju Permanenti Joyce Cassar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ġdid ukoll, illum tela’ fuq il-pedana tax-xhieda l-Awditur Ġenerali, Charles Deguara dwar xi rapporti b’rabta mal-każ.
Il-każ se jkompli jinstema’ fit-21 ta’ Awwissu fl-10am.