Il-Pulizija intensifikat l-invesitagazzjonijiet tagħha b’rabta mal-qtil ta’ Lassibe Souleymane, immigrant ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju. Souleymane nqatel b’tir ta’ f’rasu waqt li żewġ immigranti oħra ndarbu b’tir kull wieħed f’sieqhom sparat fid-direzzjoni tagħhom minn persuna f’karozza li kienet qed tinstaq qrib iċ-ċentru tal-immigranti f’Ħal Far.
one.com.mt jinsab informat l-pulizija komplew bit-tfittxija fil-garaxx għall-balal li nifdu l-bieb tal-garaxx. Balal, li jistgħu jitfgħu dawl dwar l-arma użata u l-qattiel. Dan filwaqt li possibilment l-investigazzjoni twassal ukoll għal-identifikazzjoni mhux biss tal-qattiel, iżda tal-kompliċi li kien qed isuq il-karozza tal-għamla Toyota Starlet bajda fit-triq tal-Ġebel.
Fuq il-post stajna ninnotaw uffiċjali tal-pulizija jidħlu fir-residenzi tal-madwar. Jidher li għal pulizija se tkun biċċa wġiegħ ta’ ras sabiex jaslu għall-persuni li wettqu dan ir-reat minħabba li l-vittma ftit li xejn għandu rabtiet ma’ pajjiżna. Madankollu l-pulizija mhix teskludi li l-qtil seta’ kien motivat minn mibegħda razzjali.
ONE NEWS mar biswit iċ-Ċentru miftuħ ta’ Ħal Far biex u tkellem ma’ numru tal-immigranti.
Filwaqt li l-maġġoranza dehru li ma kinux jafu bil-każ u u bil-vittma, kollha qalulna li ċ-ċentru miftuħ tal-Ħal Far huwa post sigur ħafna.
“No, No I did not hear anything yet.
“Yeah I’m safe here I’m ok. I don’t cause problems to anybody and I don’t see anyone causing problems back.”
“Normali. M’hawn xejn.. normali.”
“Yes, it’s safe place, Here it’s safe place. One month ago I was in Marsa, now I come in here and Ħal Far is a very good place.”