Żagħżugħ ta’ 28 sena, residenti Ħal Safi, waqa’ madwar sular u nofs għoli wara li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni f’fabbrika li hemm fiż-żona tal-industrija f’Ħal Far.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.