Il-Kabinett approva emendi importanti fil-liġi tal-professjoni nutarili.
Dawn l-emendi jitkellmu dwar meta nutar jista’ jirrifjuta li jagħti s-servizz tiegħu b’mod partikolari meta l-partijiet tiegħu ma jddepożitawx dazji, taxxi u obbligi oħra importanti kemm lejn il-Gvern u anke sabiex in-nutar ikun jista’ jżomm mal-obbligi tiegħu.
L-abbozz tal-liġi mressaq mill-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis jitkellem ukoll dwar metodi oħra ta’ diġitalizzazzjoni għall-volumi kollha tal-atti miżmuma fl-Arkivji Nutarili.
Dan għaliex bl-użu tat-teknoloġija ċ-ċittadini jinqdew aħjar u b’aktar effiċjenza.
Issa jmiss proċess parlamentari sabiex dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis.
Intant il-Kunsill Nutarili laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-emendi ġew approvati mill-Kabinett.