Jidher li ħadd ma’ weġġa’ wara splużjoni li seħħet qrib il-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp, li tinsab fi Triq il-Qattus f’Ħal Għaxaq.
Fuq il-post intbagħtu diversi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u Pulizija biex jassistu fis-sitwazzjoni.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li l-isplużjoni seħħet għall-ħabta tal-16:15 qrib kamra tan-nar f’Ħal Għaxaq. Sorsi fuq il-post qalu lil ONE News li l-isplużjoni seħħet minħabba murtal li ħa kanna. Żied jingħad li l-isplużjoni nstemgħet minn diversi lokalitajiet fil-madwar.