Erba’ persuni u kelb ġew salvati wara li d-dgħajsa li kienu fuqha splodiet.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar f’nofs ta’ baħar f’Ta’ Fra Ben f’Buġibba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Miż-żona nzertaw kienu għaddejjin membri mis-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħbar b’rondi bid-dgħajsa fejn taw l-ewwel għajnuna.
Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post, jidher li x’ħin splodiet id-dgħajsa, in-nies li kien hemm fuqha qabżu l-baħar. Waħda mill-persuni sofriet xi ħruq f’saqajha.
Dawn telgħu fuq dgħajsa kbira ta’ persuni li kienu fil-qrib. Fuqha, qed jingħataw il-kura minn uffiċjal tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mexxa operazzjoni ta’ salvataġġ biex intefa n-nar li ħakem lid-dgħajsa.