Titjijra tal-EgyptAir minn Pariġi għall-Kajr sparixxiet b’66 persuna abbord: 56 passiġġier, inluż tlett itfal, seba’ membri tal-ekwipaġġ u tliet ħaddiema tas-sigurtà.
L-Airbus A320 kien fil-Lvant tal-Mediterran u għeb ftit wara li daħal f’territorju Eġizzjan. Il-militar Eġizzjan qiegħed jiċħad rapporti mill-EgyptAir, li bagħtu sinjal li kienu fl-inkwiet.
Fost il-passiġġieri kien hemm 30 Eġizzjan, 15-il Franċiż, Ingliż, żewġ Iraqini, u oħrajn mill-Kanada, Belġju, Kuwait, Arabja Sawdija, Alġerija, Sudan, Chad u Portugal.
Forzi Griegi u Eġizzjani huma involuti fit-tfittxija għall-ajruplan. Franza qiegħda tibgħat dgħajjes u ajruplani biex jgħinu fl-operazzjoni.
L-ajruplan kien qed itir f’għoli ta’ 11,300 metru meta sparixxa minn fuq ir-radar fil-Lvant tal-Mediterran. Is-sinjal intilef fit-tlieta neqsin kwart, ħin Eġizzjan.
https://www.youtube.com/watch?v=geC81bGOR7o