Fl-Isla l-Prim Ministru sellem lil Bjorn Formosa, li minflok intreħa għall-marda tal-ALS, qed jagħmel tant ġid lil ħaddieħor.
Joseph Muscat osserva li Bjorn f’sena u sentejn għamel aktar minn dak li nies oħra jagħmlu f’sena sħiħa.
Dak li se jinbena, qal il-Prim Ministru b’referenza lejn id-dar ddedikata lin-nies bl-ALS, se naraw li kull sena immantnuh aħna, spjega l-Prim Minsitru. Qal li l-flus mhux qedin hemm biex wieħed iġemmahom, imma meta tinqala sitwazzjoni bħal din, il-pajjiż ikollu biżżejjed ġid x’jonfoq. Din il-ġimgħa, fakkar il-Prim Ministru, tħabbru aktar mediċini tal-kanċer li se jkunu fl-inventorju tal-Gvern.
“Prosperity with a purpose” kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru.