Dalgħodu fiċ-ċimiterju tal-Addolorata saret ċerimonja simbolika biex tfakkar il-memorja tal-pulizija li tilfu ħajjithom f’ċirkostanzi differenti.
F’riġlejn il-mafkar iddedikat lil mejta u li kienu membri tal-Korp tpoġġew għadd ta’ kurunu tal-fjuri fosthom mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.
Qabel din iċ-ċerimonja saret quddiesa iċċelebrata mill-Kappillan tal-Korp Raymond Bonnici li aktar tard bierek l-oqbra fejn hemm midfuna l-pulizija. Waqt din it-tislima spikka s-sens ta’ rispett mill-pulizija li kienu kollegi ta’ dawk li llum m’għadhomx magħna.