Tħabbret il-mewt ta’ Ġina Galea, membru prominenti ta’ ONE CLUB u attivista tal-Partit Laburista. Mewt li għal ħafna kienet ħasda tant li kkummentaw dwar ix-xokk tagħhom għal din l-aħbar.
Galea, minn Birżebbuġa, rċeviet it-tislima ta’ bosta, fosthom kandidati u deputati li jafu sew kemm Ġina Galea kienet attiva fl-istazzjonijiet ONE u l-Partit.
“L-aħħar darba li ltqajna kien fi Frar, fuq il-vapur t’Għawdex. Ixxukkjat bl-aħbar tat-telfa ta’ ħabibtna Gina Galea. Persuna ħabbrieka, ċajtiera u dejjem bit-tbissima. Se nimmissjawk! Grazzi talli dejjem kont ta’ sapport għalina,” qal iż-żagħżugħ Georvin Bugeja li kien fost ħafna li sellmulha permezz tal-midja soċjali.