Fil-ġimgħa li jitfakkar il-Ħelsien ta’ pajjiżna l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista sellmet numru ta’ simboli li jfakkru ġrajjiet importanti jew jimmarkaw l-identità Maltija.
Immexxija mid-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne, membri tal-amministrazzjoni poġġew fjuri quddiem il-monument ta’ Dun Karm fil-Floriana li jfakkar il-lingwa Maltija u l-innu nazzjonali.
Tpoġġew ukoll fjuri fuq il-mafkar tas-Sette Giugnio li jimmarka l-bidu tal-mixja lejn id-demokrazija parlamentari.
“Is-Sette Giugno hija l-mitt sena minn mindu ġara u s-Sette Giugno kien wieħed mill-avvenimenti li wassal għat-twelid tal-PL u xi ħaġa li sawret lill-poplu Malti,” qal Mister Fearne.
Tislima wkoll lil Malta Indipendenti u Malta Repubblika, żewġ ġrajjiet importanti fil-mixja ta’ pajjiżna għall-Ħelsien.
Filwaqt quddiem Kastilja l-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Dom Mintoff l-arkitett ta’ Malta Ħielsa.
“Ma stajniex ma niġux quddiem il-mafkar tal-perit mintoff illu huwa sinomu mal-31 ta’ Marzu, mal-helsien u sinonimu ma’ dik li hi malta llum, malta soċjali li llum hija sinjura imma wkoll malta li tieħu ħsieb lil kulħadd,” qal id-Deputat Prim Ministru.