ONE RADIO, mil-lum sa nhar il-Ħadd se jkun qed ixandar programmi u intervisti direttament miċ-ċentru tal-għoti tad-demma f’Gwardamangia. Dan kollu b’tislima lil Rennie Vella, preżentatur fuq ONE TV li ħalla din id-dinja madwar xahar ilu.
Alfred Zammit stqarr li dan il-ġest ikompli jkabbar il-ħidma soċjali ta’ ONE sa mill-bidu li dan l-istazzjoni fetaħ il-bibien tiegħu. Paulanne Vella, mart Rennie, saħqet li dan l-appell għall-għoti tad-demm ikompli jagħti unur lil memorja ta’ Rennie li tant kellu ghal qalbu dan iċ-ċentru hekk kif matul ħajtu mhux biss kien donatur iżda kellu bżonn ukoll jirċievi d-donazzjonijiet tad-demm huwa ukoll.
ONE RADIO jappella lin-nies biex tingħaqdu magħna u żżuru ċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm u biex l-Għawdxin il-Ħadd li ġej jagħtu d-donazzjonijiet tad-demm tagħhom fid-dipartiment tal-outpatients.