“GĦAMLULNA ĠIEĦ’ – sensiela ta’ kotba li tfakkar għadd ta’ personaġġi Żwieten li tul f’ħajjithom kellhom impatt kemm fuq il-komunita tagħhom, u kif ukoll fuq pajjiżna.
Bil-għan li dawn il-kotba jaslu għand kemm jista’ jkun nies, Ruben Abela President ta’ Wirt iż-Żejtun, l-għaqda li se tippublika l-kotba fissrilna kif il-kopji tal-kotba ppublikati ser jitqassmu b’ xejn fid-djar taż-Żejtun.
L-ewwel ktieb ippublikat jitkellem dwar il-Perit Michele Cachia li għix bejn is-seklu tmintax u dsatax u li kien wieħed mit-tnax il-Perit li kellhu l-ordni ta’ San Ġwann. Cachia kien ukoll wieħed mill-persuni kruċjali fl-irvellijiet kontra l-Franċiżi.
Għat-tnedija ta’ dan il-ktieb kien hemm preżenti l-Ministru Helena Dalli li saħqet dwar l-importanza lill-istorja ta’ pajjiżna u kif ukoll il-ħajja ta’ personalitajiet Maltin jinkitbu sabiex ma jintesewx u biex il-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom punt ta’ referenza.