Sena ilu Lassana Cisse Souleymane ta’ tnejn u erbgħin sena mill-kosta tal-Avorju, nqatel kiesaħ u biered fit-triq limiti ta’ Birzebbugia.
Dakinhar ġew sparati tiri fuq tliet immigranti li kienu mexjin biswit iċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far. Żewġ immigranti ndarbu serjament iżda Cisse Souleyman nqatel b’tir f’rasu. L-ewwel qtil b’motivazzjoni razzjali f’Malta.
Sena wara dan il-qtil tkellimna ma’ Dicko Ousnmane ħabib tal-vittma li ddeskriva lil Souleymane bħala raġel sew.
“He was a friend, good character, he was in my shop one week before he died.” Stqarr Ousnmane.
It-Tnejn filgħodu is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar, żaret il-post fejn inqatel il-vittma. Hawnhekk poġġiet irħama b’tifkira bil-kliem Kull ħajja tgħodd u kuruna tal-fjuri.
“Għall-Gvern kull ħajja hija importanti. Tgħallimna l-kliem razjal m ghandhom posthom fil-kultura maltija.” Stqarret Cutajar.
B’rabta ma’ dan il-qtil ġew arrestati Francesco Fenech ta’ wieħed u għoxrin sena u Lorin Scicluna ta’ tnejn u għoxrin sena li kienu jaħdmu fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Huma ġew arrestati xahar wara li seħħ dan l-omiċidju. F’Diċembru li għadda ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet iżda l-kaz tagħhom qed jitkompla fil-Qorti.