Skattat investigazzjoni minn kumpanija li tforni l-kameras tas-sigurtà wara każ ta’ hacking fuq 150,000 kamera tas-sigurtà tal-kumpanija li jinstabu installati fl-iskejjel, l-isptarijiet u n-negozji.
Dawn il-hackers sostnew li huma rnexxielhom jinvadu il-kumpanija Verkada, l-istess kumpanija li tipprovdi kameras lil diversi kumpaniji fosthom Tesla.
Fost il-filmati li nsterqu hemm dawk ġewwa sptar fi Florida fejn jidhru tmien ħaddiema jikkuraw pazjent fis-sodda u f’filmat ieħor jidher uffiċjal f’għassa tal-pulizija jinterroga raġel bil-manetti.